Menu Filter

INTRODUZZJONI

Festivals Malta hu kburi li jippreżenta t-tlettax-il edizzjoni tal-akbar festival kulturali f’Malta. Din is-sena Notte Bianca se ssir is-Sibt, 6 ta’ Ottubru.

It-tim ta’ Notte Bianca jixtieq jistieden lil dawk interessati li jieħdu sehem, biex japplikaw bl-ideat tagħhom għall-programm tal-2018, sabiex jiġu evalwati.

It-tim hu ħerqan li jirċievi proposti b’ideat tajbin u li għandhom il-potenzjal li jsiru proġetti vijabbli b’kontenut artistiku. Jekk l-idea tmur mal-viżjoni kreattiva tal-festival, it-tim ta’ Notte Bianca, jorganizza laqgħat apposta biex id-dettalji tal-proġett jiġu esplorati u żviluppati aktar fid-dettall.

Dawn l-espressjonijiet ta’ interess jiġu aċċettati sa mhux iktar tard mill-Erbgħa 7 ta’ Frar 2018 f’nofsinhar.

Aktar tagħrif jinkiseb billi tibgħat email fuq [email protected]
Applikazzjonijiet li jiddaħħlu tard ma jiġux aċċettati.

 

FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI

 

  • Drop files here or

 

Id-direttur artistiku jżomm id-dritt li jikkanċella proġetti, jikkummissjona oħrajn ġodda, jew jitlob għal iktar informazzjoni.

Id-direttur artistiku għandu d-dritt li jikkummissjona parteċipanti hu stess jekk l-espressjonijiet ta’ interess jitqiesu mhux sodisfaċenti.

#nottebianca

SEGWINA FUQ IL-MIDJA SOCJALI

Dwar Notte Bianca

Notte Bianca tirritorna l-Belt Valletta b’mod spettakolari nhar is-Sibt 7 ta’ Ottubru bi programm imħejji b’reqqa mit-tim ta’ Notte Bianca flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, li jiġbor fih l-aspetti kollha mill-qasam kreattiv..

Segwina