Menu Filter

NOTTE ELECTRONIC

NOTTE ELECTRONIC

Il-mezzi tal-mużika elettronika ilhom jeżistu sa mill-aħħar tas-seklu 19, iżda kien biss fl-1953 fil-Ġermanja li bdiet issir mużika prodotta biss minn ġeneraturi elettroniċi. Fis-snin sebgħin imbagħad, il-mużika elettronika bdiet tinfluwenza b’mod sinifikanti l-mużika popolari u dan witta t-triq għall-EDM, Laptronica u l-kanzunetti elettroniċi tal-lum.

L-album l-aktar reċenti ta’ Tangerine Dream, Quantum Gate ħareġ fid-29 ta’ Settembru 2017, biex b’hekk ħabat mal-anniversarju ta’ 50 sena mit-twaqqif tal-band fl-1967. Huma band elettronika Ġermaniża u l-mużika tagħhom, li tesplora sintetizzaturi u sequencers influwenzat b’mod profond l-iżvilupp ta’ stili tal-mużika elettronika bħal New Age u l-mużika elettronika inġenerali. Huma għandhom aktar minn 100 album inklużi Phaedra (1974) u Rubycon (1975). Il-grupp kellu wkoll karriera ta’ aktar minn 60 soundtrack tal-films, Huma saħansitra għenu biex joħolqu s-soundtrack għall-video game Grand Theft Auto V.


Stimulus Timbre huwa l-alias mużikali ta’ Keith Farrugia. Huwa joħodna fuq vjaġġ fantastiku li probabbilment mhux se nkun rridu nirritornaw minnu. Il-mużika tiegħu hija ġentili u pjaċevoli. Taħtfilna l-attenzjoni, tikkalmana u tittrasportana f’post imbiegħed fejn kollox huwa dejjem sew u donnu xejn ma jista’ jmur ħażin. Il-ħin m’għandu l-ebda tifsira hawn, niċċirkolaw fl-ispazju, inħossuna siguri f’idejn Stimulus Timbre. Il-ħsejjes elettroniċi jħajru lis-semmiegħ li volontarjament irid jisma u jerġa’ jisma’ din il-mużika.


Cygna. Mario Sammut ilu mill-1998 jikkombina ħsejjes ambjentali modifikati ma’ strumenti klassiċi fuq sfond tal-ħoss organiku. Dan kollu jwassal biex Cygna joħodna f’post ta’ Symphonic Ambient. Id-Direttur tal-Films Jule Belami qalet li x-xogħlijiet ta’ Cygna huma “awtentiċi u ipnotiċi. Esperjenza ta’ smigħ li dejjem hija esperjenza veraċi bl-iżvilupp ta’ immaġni u xeni bla waqfien fl-għajnejn tal-moħħ”.


Duo Blank huwa grupp tal-mużika elettronika, u l-isem prinċipali li bih il-mużiċisti Edwin Balzan u Frank Cachia rreġistraw flimkien sa mill-1998. Huma rebħu diversi premjijiet, fosthom Best Soundtrack fil-Los Independents Film Festival tal-2001 għall-mużika tagħhom fil-film qasir intitolat Genesis. Premjijiet lokali jinkludu: Best Dance Live PA Act fl-2002, Best Techno Act fl-2005 u Premju għar-Rikonoxximent tal-Karriera fil-Malta Music Awards tal-2013.

Dan l-avveniment huwa organizzat b’kollaborazzjoni mal-Mediterranean Conference Centre.

Ahbarijiet Ohra

#nottebianca18

SEGWINA FUQ IL-MIDJA SOĊJALI

Dwar Notte Bianca

Notte Bianca tirritorna l-Belt Valletta b’mod spettakolari nhar is-Sibt 6 ta’ Ottubru bi programm imħejji b’reqqa mit-tim ta’ Festivals Malta, li jiġbor fih l-aspetti kollha mill-qasam kreattiv..

Segwina