Menu Filter

NOTTE BIANCA 2018 l Trasport & Loġistika

NOTTE BIANCA 2018   l   Trasport & Loġistika

Notte Bianca tinsab fuq l-għatba. Qabel ma jingħata bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sibt filgħaxija tas-6 ta’ Ottubru, it-tim ta’ Notte Bianca tella’ konferenza stampa il-Ġimħa 5 ta’ Ottubru fl-uffiċini tal-Kunsill Malti għall-Arti. Il-konferenza indirizzat l-aspetti finali tal-ippjanar, loġistika  u mezzi soċjali tal-festival.

 

DĦUL U ĦRUĠ MILL-BELT VALLETTA

Biex tiġi evitata r-rassa l-viżitaturi li se jużaw it-transport pubbliku  huma mħeġġa jidħlu minn Bieb il-Belt, filwaqt li n-nies l-oħra huma mitluba li jużaw entraturi oħrajn min-naħa t’isfel tal-Belt.

TRASPORT

Għal waqt Notte Bianca, il-Malta Public Transport se torganizza servizz tal-karozza tal-linja estiż sa 1:30am. Kull min juża l-card Tallinja n-noll ta’ billejl jiswieh €2.50, waqt li dawk li m’għandhomx card, in-noll jiswiehom €3 u jħallsu lix-xufier bil-muniti dak il-ħin.  Għal iktar tagħrif, il-konsumaturi jistgħu jċemplu fuq 2122 2000.

Id-dgħajjes se joperaw shuttle service minn Tas-Sliema għal Marsamxett, il-Belt; u mit-Tlitt Ibliet għal Lascaris, il-Belt u lura. Dan is-servizz jibqa’ għaddej bejn is-7pm u s-1.30am tal-Ħadd 7 ta’ Ottubru. L-Għawdxin jistgħu jserrħu rashom li l-Gozo Channel se jaħdem bl-iskeda tas-sajf.

Is-servizz tat-taxis se jingħata minn ħdejn Ġnien Kristu Re magħruf bħala tal-Biskuttin.

Il-Park & Ride tal-Blata l-Bajda kif ukoll il-parkeġġi tal-Furjana u tal-Belt kollha ser ikunu qegħdin jaħdmu sas-1am.

Il-lift tal-Barrakka ta’ Fuq ser ikun qed jaħdem u l-biljett tiegħu jiswa €1.

Wara l-5pm jingħalqu għall-karozzi t-toroq li jagħtu għaċ-ċentru u max-xatt tal-Belt, ħlief għar-residenti.

SOCIAL MEDIA

Kull min se jżur il-festival jista’ jaqsam l-esperjenza tiegħu ta’ Notte Bianca fuq il-mezzi soċjali billi jtella’ r-ritratti u r-reazzjonijiet tiegħu fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ Notte Bianca www.facebook.com/nbvalletta – jew fuq Twitter billi juża #NotteBianca18.
Notte Bianca hi mtellgħa minn Festivals Malta fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, bl-appoġġ tal-Fundazzjoni Valletta 2018, il-Kunsill tal-Belt Valletta, MSV Life u Farsons.

Ahbarijiet Ohra

#nottebianca18

SEGWINA FUQ IL-MIDJA SOĊJALI

Dwar Notte Bianca

Notte Bianca tirritorna l-Belt Valletta b’mod spettakolari nhar is-Sibt 6 ta’ Ottubru bi programm imħejji b’reqqa mit-tim ta’ Festivals Malta, li jiġbor fih l-aspetti kollha mill-qasam kreattiv..

Segwina