Menu Filter

NOTTE BIANCA 2017: Trasport & Loġistika

NOTTE BIANCA 2017:  Trasport & Loġistika

 

Notte Bianca tinsab fuq l-għatba. Qabel ma jingħata bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sibt filgħaxija tas-7 ta’ Ottubru, it-tim ta’ Notte Bianca se jtella’ konferenza stampa nhar il-Ħamis 5 ta’ Ottubru fl-uffiċini tal-Kunsill Malti għall-Arti. Il-konferenza se tindirizza l-aspetti finali tal-ippjanar, loġistika  u mezzi soċjali tal-festival. Peress li Notte Bianca qed tittella’ bil-kollaborazzjoni ta’ Valletta 2018, iċ-chairman tal-Fundazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef, se jindirizza l-konferenza.

 

DĦUL U ĦRUĠ MILL-BELT VALLETTA

Biex tiġi evitata r-rassa l-viżitaturi li se jużaw it-transport pubbliku  huma mħeġġa jidħlu minn Bieb il-Belt, fil-waqt li n-nies l-oħra huma mitluba li jużaw entraturi oħrajn minn naħa t’isfel tal-Belt.

 

TRASPORT

Għal waqt Notte Bianca, il-Malta Public Transport se torganizza servizz tal-karozza tal-linja estiż.

Kull min juża l-card Tallinja n-noll ta’ billejl jiswieh €2.50, waqt li dawk li m’għandhomx card, in-noll jiswiehom €3 u jħallsu lix-xufier bil-muniti dak il-ħin.  Għal iktar tagħrif, il-konsumaturi jistgħu jċemplu fuq 2122 2000.

Id-dgħajjes se joperaw shuttle service minn Tas-Sliema għal Marsamxett, il-Belt; u mit-Tlitt Ibliet għal Lascaris, il-Belt u lura. Dan is-servizz jibqa’ għaddej bejn is-7pm u s-2am tal-Ħadd 8 ta’ Ottubru. L-Għawdxin jistgħu jserrħu rashom li l-Gozo Channel se jaħdem bl-iskeda tas-sajf.

Is-servizz tat-taxis se jingħata mill-venda tal-karozzi tal-linja tal-Furjana.

Il-Park & Ride tal-Blata l-Bajda kif ukoll il-parkeġġi tal-Furjana u tal-Belt kollha ser ikunu qegħdin jaħdmu sas-1am.

Il-lift tal-Barrakka ta’ Fuq ser ikun qed jaħdem u l-biljett tiegħu jiswa €1.

Wara l-5pm jingħalqu għall-karozzi t-toroq li jagħtu għaċ-ċentru u max-xatt tal-Belt, ħlief għar-residenti.

 

MEDIA SOĊJALI

Kull min se jżur il-festival jista’ jaqsam l-esperjenza tiegħu ta’ Notte Bianca fuq il-mezzi soċjali billi jtella’ r-ritratti u r-reazzjonijiet tiegħu fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ Notte Bianca www.facebook.com/nbvalletta – jew fuq Twitter billi juża #NotteBianca.

Żur www.nottebianca.org.mt għal aktar tagħrif dwar l-avvenimenti kollha li se jsiru matul il-lejla, inkluż ħinijiet u postijiet fejn se jittellgħu, kif ukoll il-mappa interattiva li turik fejn se jsiru l-attivitajiet kollha.

Notte Bianca hi mtellgħa mid-Direttorat tal-Festival fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, bl-appoġġ tal-Fundazzjoni Valletta 2018, il-Kunsill tal-Belt Valletta, MSV Life, Farsons u PBS.

Other News

#nottebianca

SEGWINA FUQ IL-MIDJA SOCJALI

Dwar Notte Bianca

Notte Bianca tirritorna l-Belt Valletta b’mod spettakolari nhar is-Sibt 7 ta’ Ottubru bi programm imħejji b’reqqa mit-tim ta’ Notte Bianca flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, li jiġbor fih l-aspetti kollha mill-qasam kreattiv..

Downloads

  • Mappa tal-Belt Valletta
  • Programm tal-Atmosfera
  • Logo tan-Notte Bianca Atmosfera
  • Programm Uffiċjali tan-Notte Bianca
  • Ara il-Vidjo tan-Notte Bianca 2017
  • Logo Uffiċjali tan-Notte Bianca

Segwina