Menu Filter

Xagħret Mewwija

Post

Spazju Kreattiv Theatre

Ħin

8pm

Inħarsu mill-ponta tal-Isla u quddiemna nimmaġinaw ilsien blat għeri … xagħri. Nimmaginaw it-tliet xhur tal-Assedju l-Kbir, dan l-ilsien blat jinbidel f’bejta tal-għadu, miżgħud kampijiet, tined ikkuluriti, armamenti u dagħa faħxi. Meta t-Torok ċedew u żarmaw, ħadu kollox lura magħhom. Imma d-dagħa ħallewhulna. Dak għal qalbna wisq! Minn hawn jibda r-rakkont ta’ Xagħret Mewwija, dramm li jeħodna f’ġirja sfrenata biex nassistu għat-tfassil, l-istorja u l-iżvilupp tal-Belt Valletta. U dan kollu kif nafuh? Eh, dan kollu qed jirrakkontah Dragut! Miet f’pajjiżna imma ruħu baqgħet imjassra magħna. Ra kollox u jaf kollox. Ra lill-Maltin jagħmlu l-konfoffa kontra l-Franċiżi … lill-Ingliżi u lill-baħrin jitbaħardu fi Strada Stretta. Miskin min jaf kemm xtaq li ma kienx fantażma! Ra t-Teatru Rjal jinħaraq, jiġġarraf bil-gwerra … u rah jerġa’ jsir teatru bla saqaf. Dan ix-xogħol teatrali jżewweġ il-miti mal-fatti storiċi, u kollox b’doża qawwija ta’ satira u umoriżmu. www.kreattivita.org

Avvenimenti simili

Dwar Notte Bianca

Notte Bianca tirritorna l-Belt Valletta b’mod spettakolari nhar is-Sibt 6 ta’ Ottubru bi programm imħejji b’reqqa mit-tim ta’ Festivals Malta, li jiġbor fih l-aspetti kollha mill-qasam kreattiv..

Segwina