Menu Filter

Suq Tango

Post

Ħin

Il-vjolinist ċelebri, iben il-Belt Valletta, George Curmi (il-Pusé) u l-band tiegħu se jingħaqdu mal-Malta Argentine Tango Association (MATA) biex flimkien jagħtuna kunċert tassew eċċitanti. Curmi u l-grupp mużikali tiegħu li jikkonsisti fi vjolin/saxophone, accordion, piano u perkussjoni se jdoqqu siltiet tal-mużika tango u ż-żeffiena tal-Malta Argentine Tango Association se jpaxxuna billi joħolqu l-atmosfera mimlija passjoni ta’ Buenos Aires.

Avvenimenti simili

Dwar Notte Bianca

Notte Bianca tirritorna l-Belt Valletta b’mod spettakolari nhar is-Sibt 6 ta’ Ottubru bi programm imħejji b’reqqa mit-tim ta’ Festivals Malta, li jiġbor fih l-aspetti kollha mill-qasam kreattiv..

Segwina