Menu Filter

Parallel Existences

Post

Valletta Contemporary

Ħin

8pm - 1am

Meta għandna nwarrbu xi ħaġa li ġiet meqruda u meqjusa inutli? Ispirat minn dokumenti miżmuma fil-kamra msejħa ‘il-kamra tal-biki’ tal-Arkivji Notarili fil-Belt Valletta, Alex Attard jippreżenta wirja ta’ fotografija li tgħati ħajja ġdida lil manuskritti storiċi li nqerdu matul l-aħħar gwerra. L-artist jipproponi identitajiet alternattivi u eżistenza parallela permezz ta’ espressjoni artistika fejn l-istorja tinforma l-arti, filwaqt li l-arti toffri kontinwità lill-istorja.

Valletta Contemporary hu sit ġdid għall-arti kontemporanja li ser jinfetaħ għall-ewwel darba waqt Notte Bianca.

Avvenimenti simili

Dwar Notte Bianca

Notte Bianca tirritorna l-Belt Valletta b’mod spettakolari nhar is-Sibt 6 ta’ Ottubru bi programm imħejji b’reqqa mit-tim ta’ Festivals Malta, li jiġbor fih l-aspetti kollha mill-qasam kreattiv..

Segwina