Menu Filter

NOTTE METAL

Post

Il-Fossa Tal-Belt

Ħin

7pm - 12pm

Grotium – 7pm
Lady Lizard – 8:15pm
12th Ode – 9:30pm
Beheaded – 10:45pm

Il-Metal huwa tip ta’ mużika li żviluppa fil-bidu tas-snin sebgħin, prinċipalment fir-Renju Unit. Il-mużika hija kkaratterizzata minn ħoss qawwi b’distorsjoni amplifikata ħafna, solos twal tal-kitarra, taħbit qawwi, u b’mod ġenerali huwa mistenni li jkun storbjuż. Il-lirika u l-kunċerti ta’ spiss jafu jkunu aggressivi. Din is-sena, Notte Bianca hija tassew kuntenta li rnexxielha tiżgura l-akbar esportazzjoni Maltija f’dik li hija x-xena Metal, lil ħadd inqas minn Beheaded!

12th Ode hija band  Heavy Metal b’ħames mużiċisti. Huma bdew bħala band tal-Rock klassiku fl-2010. Imbagħad, fl-2013, influwenzati mill-moviment NWOBHM, stabbilixxew ruħhom fil-komunità Metal lokali u kull sena kienu mistednin jieħdu sehem fil-Festival MDM (Malta Doom Metal). 12th Ode daqqew ukoll bħala support act għal Diamond Head u Krokus. L-ewwel album tagħhom wasal fl-2015 u dak li jmiss huwa ppjanat għall-2019.

Grotium huwa grupp Malti tat-Trash Metal magħmul minn ħames mużiċisti li għandhom għal qalbhom il-ħoss tal-qawwa. Huma jħobbu l-aktar il-Metal tas-snin 70 u 80 iżda jammettu li jkollhom xi influwenzi tal-Metal modern ukoll fil-mużika tagħhom.

Beheaded huma band Death Metal minn Malta li ġie ffurmat fl-1991. Huma kisbu r-rispett fix-xena tal-mużika estrema b’sitt albums uffiċjali b’titli bħal Perpetual Mockery, Recounts of Disembodiment, u Beast Incarnate. Barra minn hekk huma għamlu bosta turs u ħadu sehem f’festivals fl-Ewropa, l-Istati Uniti u l-Asja.

 

Avvenimenti simili

Dwar Notte Bianca

Notte Bianca tirritorna l-Belt Valletta b’mod spettakolari nhar is-Sibt 6 ta’ Ottubru bi programm imħejji b’reqqa mit-tim ta’ Festivals Malta, li jiġbor fih l-aspetti kollha mill-qasam kreattiv..

Segwina