Menu Filter

Magna Żmien

Post

Quddiem il-Qorti

Triq ir-Repubblika, Valletta
Ħin

7pm – 12am

Il-Magna Manjifika tal-Memorji, magħrufa wkoll bħala l-Kapsula Merill hija magna li tivvjaġġa fiż-żmien, immuntata u mibgħuta mill-futur imbiegħed biex issalva l-memorji lokali mid-diżintegrazzjoni. Il-Kaptan tagħha huwa Armchair Voyager No.35 jew Wistin, li qiegħed fuq missjoni biex jiġbor, jiddiġitizza u jirrilaxxa memorji minsija li ġew maqbuda fuq formati analogi tas-seklu 20 li jitmermru malajr u mxerrda f’ġabriet personali f’Malta u Għawdex. Matul in-Notte Bianca, l-Armchair Voyager se jirrakkonta ħrejjef antiki u ġodda dwar għaliex il-kollezzjonijiet tal-familja tiegħek huma aktar importanti milli taħseb! Eħles il-memorji tiegħek! www.magnazmien.com. Dan huwa proġett ta’ Valletta 2018.

Avvenimenti simili

Dwar Notte Bianca

Notte Bianca tirritorna l-Belt Valletta b’mod spettakolari nhar is-Sibt 6 ta’ Ottubru bi programm imħejji b’reqqa mit-tim ta’ Festivals Malta, li jiġbor fih l-aspetti kollha mill-qasam kreattiv..

Segwina