Menu Filter
Filter Events

Notte Bianca

Notte Bianca hi l-akbar festival annwali tal-arti u l-kultura. Għal-lejla waħda speċjali fis-sena f’Ottubru l-arkitettura kollha tal-Belt tinxtegħel b’ċelebrazzjoni spettakolari, miftuħa għall-pubbliku bla ħlas.

Il-viżitaturi jistgħu jistennew li jesperjenzaw l-aqwa produzzjonijiet ta’ mużika, żfin, teatru, arti viżiva, avvenimenti letterarji, kif ukoll proġetti li jesploraw id-dinja ġdida tal-arti diġitali. Waqt Notte Bianca, it-toroq u l-ispazji pubbbliċi tal-Belt se jintużaw b’modi kreattivi u innovattivi permezz ta’ taħlita ta’ proġetti li jimxu minn post għall-ieħor jew li nħadmu apposta għal xi post partikulari.

 

 

Palazzi statali u mużewijiet jiftħu l-bibien tagħhom għat-tgawdija tal-viżitaturi fejn se jkunu jistgħu jaraw wirjiet ta’ arti viżiva jew xogħlijiet teatrali. Toroq u pjazez se jinbidlu f’postijiet għal speattakli żgħar ta’ teatru u mużika, waqt li l-kafetteriji u r-ristoranti se jibqgħu miftuħin għal ħinijiet itwal mis-soltu. Kull fejn iddawwar wiċċek se ssib xi ħaġa biex titpaxxa matul dan il-festival.

Il-Belt Valletta kollha, minn Bieb il-Belt sa Forti Sant’Iermu, se tieħu l-ħajja waqt Notte Bianca b’garanzija li min jattendi din il-lejla se jibqa’ jiftakarha għal għomru.

 

Niżżel

Programm Uffiċjali Ġej Dalwaqt
Atmosfera Ġej Dalwaqt

Aħbarijiet

Dwar Notte Bianca

Notte Bianca tirritorna l-Belt Valletta b’mod spettakolari nhar is-Sibt 7 ta’ Ottubru bi programm imħejji b’reqqa mit-tim ta’ Notte Bianca flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, li jiġbor fih l-aspetti kollha mill-qasam kreattiv..

Downloads

  • Mappa tal-Belt Valletta
  • Programm tal-Atmosfera
  • Logo tan-Notte Bianca Atmosfera
  • Programm Uffiċjali tan-Notte Bianca
  • Ara il-Vidjo tan-Notte Bianca 2017
  • Logo Uffiċjali tan-Notte Bianca

Segwina